Tifel misthi, imdendel mid ommu,
ihares bhalqu miftuh il fuq lejn is-saqaf
imlewwen bil-moffa.
Ommu,
l-ixkaffa ta sidirha riha ta hobz,
ghajnejha maghluqin fl-estasija
tal-litanija.
Tfajla sabiha titrekken fuq iz-zuntier.
Midinba, qalet, ma tghaddix minn go l-bieb;
ghajnejha djamanti,
ifframmentati,
miksurin bid-dmugh.
U jiena niccassa-
dak il-kurcifiss mhux qieghed fin-nofs ezatt;
qed jaqbadni genn biex inqum u niddrittah.
Ghalfejn qieghdin hawn,
migburin, imnikktin?
Lkoll nitolbu lil dan l-Alla tal-hallelin
(u ahna hallelin
jiena fuq naha
winti fuq ohra).